29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/48
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — BZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-336/19)
(2019/C 255/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett t-tkeċċija tar-rikorrenti wara rapport dwar il-perijodu ta’ prova antiċipat;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-kumpensi separati sussegwenti:
—
EUR 5 000 fir-rigward tad-dannu morali kkawżat permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija;
—
EUR 5 000 fir-rigward tad-dannu għar-reputazzjoni kkawżat permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija;
—
EUR 10 000 fir-rigward tad-dannu materjali kkawżat permezz tal-effetti ħżiena fuq l-istat ta’ saħħa tar-rikorrenti wara t-tkeċċija tagħha.
—
EUR 58 900 fir-rigward tad-dannu materjali relatat mat-telf ta’ dħul konsegwenti għat-tkeċċija illegali tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, b’applikazzjoni tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali fil-qasam ta’ investigazzjonijiet amministrattivi u dixxiplinari, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84(1) u (3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, tad-drittijiet relatati mal-perijodu ta’ prova u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni konsegwenti tal-amministrazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq talba għal kumpens speċjali sussegwentement għall-irregolaritajiet iċċitati iktar ’il fuq.
Full & Egal Universal Law Academy