5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/50
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — UE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/19)
(2019/C 263/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża għar-rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol;
—
jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Novembru 2018;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ interpretazzjoni tan-natura raġonevoli tat-terminu li fih tressqet it-talba għal rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy