29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/50
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)
(Kawża T-342/19)
(2019/C 255/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Martínez Albainox, SL (Albacete, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taser International, Inc. (Scottsdale, Arizona, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TASER” bil-kuluri iswed, isfar u aħmar — Trade mark tal-Unjoni Nru 11 710 134
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1576/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata li espressament tiddikjara l-validità tar-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 11 710 134“TASER” (fig.) għall-prodotti kollha rreġistrati taħt il-klassijiet 18 u 25;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Taser International, Inc., għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy