22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/48
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Conlance vs EUIPO — LG Electronics (SONANCE)
(Kawża T-343/19)
(2019/C 246/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Conlance GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “SONANCE” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 589 907
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1085/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-15 ta’ Mejju 2018 mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO fil-Każ B 2 660 572“Conlance GmbH vs LG ELECTRONICS INC.”;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni bin-numru B 2 660 572“Conlance GmbH vs LG ELECTRONICS INC.” għall-prodotti kollha kkontestati;
—
tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “SONANCE”, Applikazzjoni Nru UM 14 589 907;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni insostenn tal-konvenut:
—
tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy