5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/56
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Poggiolini vs Il-Parlament
(Kawża T-348/19)
(2019/C 263/62)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Danilo Poggiolini (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom imnaqqsa indebitament pendente lite.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-nota Nru D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, dwar id-determinazzjoni tal-pensjoni li għandu jibbenefika minnha r-rikorrent fil-kwalità tiegħu bħala eks membru tal-Parlament Ewropew.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk li huma invokati fil-Kawża T-347/19, Falqui vs Il-Parlament Ewropew.
Full & Egal Universal Law Academy