29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/51
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Decathlon vs EUIPO — Athlon Custom Sportswear (athlon custom sportswear)
(Kawża T-349/19)
(2019/C 255/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Decathlon (Villeneuve-d’Ascq, Franza) (rappreżentanti: A. Cléry u C. Devernay, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Athlon Custom Sportswear P.C. (Kallithea, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva athlon custom sportswear — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 162 596
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1724/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tagħtiha t-talbiet tagħha
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkonferma d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ Nru B 002879164;
—
tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark athlon custom sportswear Nru 016162596;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy