29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/52
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Bontempi et vs EUIPO — Sand Cph (WhiteSand)
(Kawża T-350/19)
(2019/C 255/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emanuela Bontempi (Montemarciano, l-Italja) u 6 oħra (rappreżentanti: S. Rizzo u O. Musco, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sand Cph A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WhiteSand — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 416 596
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2019 fil-Każ R 1913/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy