29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/53
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
(Kawża T-352/19)
(2019/C 255/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Gamma-A SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: M. Liguts, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piejūra SIA (Nīcas novads, il-Latvja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2022 772-0001 (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2516/2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara d-disinn validu;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy