29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/56
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-355/19)
(2019/C 255/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-Deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 u sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tas-16 ta’ Mejju 2019;
—
tordna l-kumpens għad-dannu materjali li jammonta għas-somma ta’ EUR 19 200 (mingħajr VAT) u l-kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 83 208,24.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura u ksur tal-Artikoli 47 u 49 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra u tal-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ fastidju psikoloġiku.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-ineżattezza sostanzjali u fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy