12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/35
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill
(Kawża T-356/19)
(2019/C 270/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors tagħha għal annullament ammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ikkontestat;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU 2019, L 77, p. 1), ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi legali tal-imsemmi regolament minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni 2019/441.
Dan il-motiv huwa diviż fi ħdax-il parti li huma, essenzjalment, identiċi għall-ħdax-il motiv invokati fil-kuntest tal-Kawża T-344/19, Front Polisario vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy