12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/35
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-358/19)
(2019/C 270/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach u O. de Juvigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżijoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2019 fil-Każ AT.40023, sa fejn tirrigwarda s-suq Franċiż u l-kuntratti eżistenti jew futuri ta’ Groupe Canal + abbażi tal-Artikolu 263 TFUE;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti minn Groupe Canal +.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, sa fejn l-impenji li hija għamlet obligatorji sabiex jitwaqqaf l-ibblukkar ġeografiku fis-settur taċ-ċinema jinterferixxu mar-riformi leġiżlattivi adottati riċentement mil-leġiżlatur Ewropew.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE mill-Kummissjoni, sa fejn hija qieset li l-impenji proposti minn NBCUniversal, Sony Pictures, Warner Bros u Sky ma jaffettwawx id-diversità kulturali u b’mod iktar ġenerali l-finanzjament u l-użu ta’ films fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni għamlet obbligatorji impenji manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-preokkupazzjonijiet ta’ kompetizzjoni mqajma, u li jmorru kontra l-interessi tat-terzi.
Full & Egal Universal Law Academy