5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/68
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)
(Kawża T-371/19)
(2019/C 263/73)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Visentin, M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forest Srl (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 912 496
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1117/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
fuq il-bażi tal-motivi invokati, tilqa’ r-rikors bħala fondat u għalhekk:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015912496 anki fir-rigward tal-klassijiet 18 u 25;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Assenza ta’ evalwazzjoni tal-modalitajiet konkreti tal-akkwist tal-prodotti.
Full & Egal Universal Law Academy