5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/72
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — El Corte Inglés vs EUIPO — Big Bang (LTC BIG BANG DAY)
(Kawża T-376/19)
(2019/C 263/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Big Bang, trgovina in storitve, d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LTC BIG BANG DAY — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 879 323
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1684/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament u, bis-saħħa tiegħu, tistabbilixxi l-motivi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata li tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (oppożizzjoni B 2 840 414) li tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 879 323 biss għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet li għalihom tressqet l-oppożizzjoni (7, 9, 11, 16, 35 u 42) bl-eċċezzjoni tal-prodotti li ġejjin, li jinsabu fil-klassi 7 li fir-rigward tagħhom din ma ġietx miċħuda: “komponenti li jigganċjaw il-magni u għat-trażmissjoni (minbarra għal vetturi fuq l-art), apparat agrikolu li ma jitħaddimx bl-idejn; inkubaturi għall-bajd, magni tal-bejgħ awtomatiċi”; u;
—
tikkundanna lill-parti jew partijiet kuntrarji li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy