12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/43
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — adp Gauselmann vs EUIPO — Gameloft (City Mania)
(Kawża T-381/19)
(2019/C 270/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gameloft SE (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “City Mania” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 936 339
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 fil-Każ R 976/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-appell bħala fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tikkonstata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u, konsegwentement, tordna ċ-ċaħda totali tal-applikazzjoni għal trade mark;
—
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll, skont l-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy