12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/45
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — CI et vs Il-Parlament u l-Kunsill
(Kawża T-383/19)
(2019/C 270/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CI, CJ, CK, CL u CN (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament (UE) 2019/592 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-avukat li jekwivalu għal EUR 5 000.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittjiet kweżiti naxxenti miċ-ċittadinanza Ewropea permezz tar-Regolament (UE) 2019/592.
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jqisu li l-Parlament u l-Kunsill kisru d-dritt tagħhom għal ħajja privata u tal-familja sa fejn huma stabbilixxew il-ħajja tagħhom għal iktar minn ħmistax-il sena fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, Stat li miegħu huma għandhom rabtiet mill-qrib: uħud minnhom għandhom konjugu u tfal ċittadini ta’ Stat Membru ieħor jew għandhom fih proprjetà immobbli.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza peress li jirrikonoxxi t-terminazzjoni tad-drittjiet li huma jisiltu miċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn iċ-ċittadini suġġetti għar-regoli tat-tħassir tad-dritt tagħhom għal vot wara ħmistax-il sena ta’ residenza mhux fir-Renju Unit u l-oħrajn.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-istatut ta’ Ġibiltà permezz tar-regolament ikkontestat, sa fejn ir-riferiment għal Ġibiltà fir-regolament ikkontestat bħala “kolonja tal-Kuruna Brittanika” jista’ biss jagħti lok għal klima mhux adattata għall-konċiljazzjoni bejn Spanja u r-Renju Unit b’detriment għad-drittijiet tal-abitanti ta’ Ġibiltà.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-eżenzjoni ta’ viża mogħtija liċ-ċittadini Brittaniċi bir-Regolament 2018/1240, minħabba li r-rikorrenti ikollhom jitolbu awtorizzazzjoni tal-vajġġ ETIAS u li għaldaqstant teżisti possibbiltà li din l-awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata.
Full & Egal Universal Law Academy