26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/53
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Il-Parlament vs Axa Assurances Luxembourg et
(Kawża T-384/19)
(2019/C 288/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Paladini u B. Schäfer, aġenti, C. Point u P. Hédouin, avukati)
Konvenuti: Axa Assurances Luxembourg SA (Luxembourg, Luxembourg), Bâloise Assurances Luxembourg SA (Bertrange, Luxembourg), La Luxembourgeoise SA (Leudelange, Luxembourg), Delta Lloyd Schadenverzekering NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata li l-ħsarat ikkawżati mill-ilma kkawżati fil-Lvant tas-sit tal-kostruzzjoni “Konrad Adenauer” waqt xita qawwija, fis-27 u fit-30 ta’ Mejju 2016, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt tal-assigurazzjoni “ir-riskji kollha tal-kostruzzjoni” konkluż mal-konvenuti;
—
konsegwentement, tordna lill-konvenuti jirrimborsaw lill-Parlament Ewropew l-ispejjeż mitluba, jiġifieri EUR 779 902,87 u b’mod partikolari:
—
tikkundanna lil AXA Assurances Luxembourg SA sabiex tirrimborsa 50 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 389 951,44;
—
tikkundanna lil Bâloise Assurances Luxembourg SA sabiex tirrimborsa 20 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 155 980,57;
—
tikkundanna lil La Luxembourgeoise SA sabiex tirrimborsa 20 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 155 980,57;
—
tikkundanna lil Delta Lloyd Schadeverzekering NV sabiex tirrimborsa 10 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 77 990,29;
—
u l-interessi moratorji statutorji relatati, mit-22 ta’ Diċembru 2017, li r-rata tagħhom hija daqs is-somma tar-rata tal-interessi tas-self prinċipali applikabbli mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament l-iktar riċenti u ta’ tmien punti perċentwali;
—
sussidjarjament, f'każ li t-talbiet relatati mal-ewwel u t-tieni kapijiet ta’ talbiet ma jintlaqgħux, tordna lill-konvenuti in solidum iħallsu d-danni kkawżati b’riżultat tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-Artikolu I.13.2 tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni “ir-riskji kollha tal-kostruzzjoni”, jiġifieri EUR 779 902,87;
—
tikkundanna lill-konvenuti jirrimborsaw lill-Parlament Ewropew tal-ispejjeż tal-perizja, jiġifieri EUR 16 636,00, u b’mod partikolari:
—
tikkundanna lil AXA Assurances Luxembourg SA sabiex tirrimborsa 50 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 8 318,00;
—
tikkundanna lil Bâloise Assurances Luxembourg SA sabiex tirrimborsa 20 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 3 327,20;
—
tikkundanna lil La Luxembourgeoise SA sabiex tirrimborsa 20 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 3 327,20;
—
tikkundanna lil Delta Lloyd Schadeverzekering NV sabiex tirrimborsa 10 % tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq, jiġifieri EUR 1 663,60;
—
u l-interessi moratorji statutorji, mit-22 ta’ Diċembru 2017, li r-rata tagħhom hija daqs is-somma tar-rata tal-interessi tas-self prinċipali applikabbli mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament l-iktar riċenti u ta’ tmien punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka prinċipalment motiv wieħed, ibbażat fuq id-dritt tiegħu għall-kopertura tal-assigurazzjoni għall-inċident li seħħ f'Mejju 2016. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li l-klawżoli ta’ esklużjoni tal-kopertura invokati mill-konvenuti huma ineffettivi. F'dan ir-rigward, huwa jinvoka l-argumenti hawn taħt.
—
il-klawżola ta’ esklużjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni dwar l-għargħar ġiet interpretati b’mod żbaljat mill-konvenuti. Mill-kuntest u d-disposizzjonijiet tal-kuntratt jirriżulta li t-terminu “għargħar” jirreferi għal katakliżma tan-natura, u mhux influss ta’ ilma f'post normalment niexef.
—
il-klawżola ta’ esklużjoni tal-kopertura relatata ma’ kwalunkwe katakliżma tan-natura ma hijiex applikabbli. Il-katakliżmi tan-natura huma elenkati b’mod eżawrjenti mill-kuntratt u x-xita qawwija, bħal dik ta’ Mejju 2016, ma taqax taħt dan il-kunċett.
—
il-klawżola ta’ esklużjoni tal-kopertura relatata mal-insuffiċjenza tad-dranaġġ ġiet interpretata b’mod żbaljat mill-konvenuti. Id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jirreferu għall-insuffiċjenti tal-katusi tad-dranaġġ fis-sens ta’ kapaċità insuffiċjenti tas-sistema pubblika ta’ drenaġġ.
—
il-klawżola ta’ esklużjoni tal-kopertura għal danni normalment prevedibbli jew inevitabbli, jew minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tas-sengħa mhix valida jew, fi kwalunkwe każ, ma hijiex applikabbli għal dan il-każ.
—
il-klawżola ta’ esklużjoni invokata mill-konvenuti ma tissodisfax il-kundizzjoni, preskritta mid-dritt Lussemburgiż, li l-każijiet ta’ nuqqas serju esklużi mill-kopertura tal-assigurazzjoni jridu jiġu stabbiliti b’mod espliċitu u restrittiv mill-kuntratt.
—
Il-provi ta’ fatt li jsostnu l-applikabilità ta’ tali klawżola ma humiex biżżejjed sabiex jistabbilixxu l-inevitabbiltà tad-dannu u lanqas in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tas-sengħa min-naħa tal-persuni assigurati.
Insostenn tat-talba sussidjarja tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-obbligi proċedurali tal-kuntratt, bħala riżultat tal-interruzzjoni ante tempore tal-operazzjonijiet ta’ perizja.
Full & Egal Universal Law Academy