26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/55
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — CQ vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-386/19)
(2019/C 288/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CQ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, inkluż l-eċċezzjoni ta’ illegalità li fih,
—
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri tal-11 ta’ April 2019, innotifikata fil-15 ta’ April 2019, li tikklassifika ammont ta’ EUR 153 407,58 bħala pagament indebitu u tirkupra dik is-somma ta’ EUR 153 407,58 (flimkien ma’ interessi ta’ 3.5 % mill-31 ta’ Mejju 2019);
—
sa fejn meħtieġ, tannulla ż-żewġ deċiżjonijiet tal-4 u s-7 ta’ Ġunju 2019 tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Qorti tal-Awdituri;
—
għaldaqstant, tordna lill-konvenuta għar-rimbors tas-somma ta’ EUR 153 495,84 [EUR 153 407,58 (somma prinċipali) flimkien ma’ EUR 88.26 bħala interessi moratorji imputabbli lir-rikorrent] flimkien mal-interessi moratorji bir-rata 3.5 % sal-ħlas sħiħ;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu morali sostnut;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u r-rapport finali tiegħu huma irregolari.
2.
It-tieni motiv, ibbażat, l-ewwel nett, fuq l-assenza mill-konvenuta li teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod partikolari bħala uffiċjal awtorizzanti, it-tieni nett, fuq il-ksur tal-obbligu tagħha li tipproduċi l-prova kontra r-rikorrent, u it-tielet nett, fuq il-ksur tal-obbligu tagħha ta ’motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tat-terminu raġonevoli.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll fuq l-eżistenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li proċeduri kriminali pendenti jwasslu għas-sospensjoni tal-proċeduri amministrativi.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), jew tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy