26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/56
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2019 — DF u DG vs BEI
(Kawża T-387/19)
(2019/C 288/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DF u DG (rappreżentanti: L. Levi, u A. Blot, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
b’konsegwenza:
—
tannulla d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw lil DF u lil DG l-allowance tal-installazzjoni waqt ir-ritorn tagħhom minn uffiċċji esterni (deċiżjonijiet meħuda rispettivament fis-6 ta’ Marzu 2018 u fit-28 ta’ Frar 2019);
—
sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjonijiet tad-19 ta’ Marzu 2019 (għal DF) u tas-27 ta’ Marzu 2019 (DG) li permezz tagħhom il-BEI iqis li ma hemmx lok li tinfetaħ il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, billi l-kontestazzjonijiet tagħhom huma “manifestly unfounded”;
—
sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjonijiet tal-14 ta’ Ġunju 2019 li jikkonfermaw ir-rifjut ta’ għoti tal-allowance tal-installazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-allowance tal-installazzjoni lil kull wieħed mir-rikorrenti, miżjud b’interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewopew miżjuda b’2 punti, sal-pagament sħiħ;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, bl-interpretazzjoni li kienet saret minnhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), tal-Artikoli 5 u 7 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI, sa fejn l-interpretazzjoni l-ġdida tar-regola prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex konformi mal-għan li hija mistennija ssegwi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet miksuba, fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, fuq l-assenza ta’ sistema tranżitorja, kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI.
Full & Egal Universal Law Academy