12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/50
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Vinci vs Il-Parlament
(Kawża T-391/19)
(2019/C 270/52)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Vinci (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li informa lir-rikorrent, taħt il-forma tal-komunikazzjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew li tiddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;
—
tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tat-tnaqqis imwettaq f’ras il-għajn, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy