19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/43
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Catasta vs Il-Parlament
(Kawża T-393/19)
(2019/C 280/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Anna Catasta (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew reġa’ ddetermina d-drittijiet għal pensjoni ta’ waqfien mill-attività u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni;
—
tordna lill-Parlament Ewropew il-ħlas lura tal-ammonti kollha li nżammu indebitament li magħhom għandhom jiżdiedu l-interessi legali mid-datta taż-żamma tal-bilanċ u bil-kundanna għall-Parlament Ewropew li jimplimenta s-sentenza li għandha tingħata u li jassumi l-iniżjattivi kollha, atti jew miżuri, neċessarji li jiggarantixxu l-immedjat irkupru bis-sħiħ tal-miżura oriġinali tat-trattament tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy