19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/45
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Allione vs Il-Parlament
(Kawża T-396/19)
(2019/C 280/62)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Emma Allione (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li dwarha r-rikorrenti ġiet informata permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar u ordnat l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi ta’ kalkolu tal-pensjoni preċedenti;
—
tordna lill-Parlament Ewropew għar-restituzzjoni tal-ammonti kollha miżmuma b’mod indebitu flimkien mal-interessi legali mid-data ta’ meta dawn inżammu sal-ħlas tagħhom kif ukoll tordna lill-Parlament Ewropew sabiex teżegwixxi s-sentenza mogħtija u tassumi l-inizjattivi, atti jew provvedimenti kollha neċessarji sabiex tiggarantixxi l-istabbiliment sħiħ mill-ġdid tal-miżura oriġinali tal-pensjoni dovuta;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy