19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/45
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Novati vs Il-Parlament
(Kawża T-397/19)
(2019/C 280/63)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenta: Vanda Novati (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla fl-intier tagħha l-miżura li biha r-rikorrenti ġiet infurmata permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu preċedenti tal-pensjoni;
—
tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tordna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza mogħtija u jieħu l-inizjattivi, atti jew miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jkun stabbilit mill-ġdid, b’mod immedjat u sħiħ l-ammont oriġinali tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy