26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/59
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Brillux vs EUIPO — Synthesa Chemie (Freude an Farbe)
(Kawża T-402/19)
(2019/C 288/72)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synthesa Chemie GesmbH (Perg, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea figurattiva FREUDE AN FARBE — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 316 404 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1434/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy