19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/47
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament
(Kawża T-403/19)
(2019/C 280/65)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giulio Fantuzzi (Correggio, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li biha r-rikorrent ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni preċedenti tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament li għandhom jiġu miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u jieħu l-passi, l-atti jew il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi ggarantita r-rikostituzzjoni tal-miżura oriġinali tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy