19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/47
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Lavarra vs Il-Parlament
(Kawża T-404/19)
(2019/C 280/66)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Vincenzo Lavarra (Bari, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li r-rikorrent ġie infurmat biha permezz tal-avviż ikkontestat, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni preċedenti
—
tordna lill-Parlament Ewropew ir-restituzzjoni tas-somom kollha miżmuma indebitament, li għandhom jiżdiedu bl-interessi legali mid-data ta’ żamma mill-bilanċ, u sabiex il-Parlament Ewropew jiġi ikkundannat li jimplimenta s-sentenza li sejra tingħata u jieħu l-inizjattivi, atti jew miżuri kollha meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid sħiħ immedjat tal-ammont oriġinali tad-drittijiet tal-pensjoni;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispjjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċiplai huma simili għall-dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy