19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/48
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Malerba vs Il-Parlament
(Kawża T-405/19)
(2019/C 280/67)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Franco Malerba (Issy-Les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Merola u L. Florio, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara ineżistenti u tannulla kompletament id-dispożizzjoni li dwarha r-rikorrent kien ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tal-kalkolu preċedenti tal-pensjoni;
—
tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha indebitament miżmuma flimkien mal-interessi legali mid-data taż-żamma sal-ħlas tagħhom u tordna lill-Parlament jeżegwixxi s-sentenza mogħtija u jassumi l-inizjattivi, l-atti jew id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-miżura oriġinali ta’ kalkolu tal-pensjoni tiġi immedjatament ikkostitwita kollha kemm hi mill-ġdid.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy