2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/56
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Rosca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-434/19)
(2019/C 295/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ioana-Felicia Rosca (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: L. Tufler, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, fl-ewwel lok, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 (AD 7) — 2 (amministraturi fil-qasam tal-fiskalità) li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni (ċentru ta’ evalwazzjoni) wara t-talba tagħha għal eżami mill-ġdid u, fit-tieni lok, ir-riżultati kollha tal-fażi “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn kandidati waqt is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki.
Full & Egal Universal Law Academy