2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/79
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2019 — Confédération nationale du Crédit mutuel et vs SRB
(Kawża T-468/19)
(2019/C 295/104)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) u l-25 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2019/10 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2019 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrenti;
—
skont l-Artikolu 277 tat-TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat inapplikabbli:
—
l-Artikoli 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;
—
l-Artikoli 4(2), 6, 7 u 10 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament Delegat;
—
l-Artikoli 4 u 8(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-466/19, Société générale et vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy