16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/32
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2019 — Vodafone Group et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/19)
(2019/C 312/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vodafone Group plc (Newbury, ir-Renju Unit), Vodafone Consolidated Holdings Ltd (Newbury), Vodafone Finance UK Ltd (Newbury) u Vodafone Jersey Dollar Holdings Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentanti: J. Gardiner, QC, I. Taylor, M. Lane u J. Holland, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 2526 finali, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit sa fejn tikkonċerna ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati);
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li r-regoli dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati huma l-qafas ta’ referenza rilevanti.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt u fid-dritt u naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta kkonstatat li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi hija deroga.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta kkonstatat li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi, sa fejn tikkonċerna l-funzjonijiet umani sinjifikattivi Brittaniċi, ma hijiex iġġustifikata u għalhekk hija selettiva.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt u fid-dritt u naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta kkonstatat li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi hija vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ċerti persuni li għandhom dritt għall-eżenjzoni fuq il-finanzjament tal-gruppi rċevew vantaġġ fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li “taxxa fuq il-kumpanniji barranin ikkontrollati” li hija imposta fuq impriżi tal-Unjoni realment stabbiliti hija konformi mal-prinċipju tal-libertà ta’ stabbiliment tal-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy