9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/62
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CZ et vs SEAE
(Kawża T-497/19)
(2019/C 305/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CZ, DB, DC u DD (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE li tiċħad it-talba tagħhom tal-4 ta’ Ġunju 2018;
—
tikkundanna s-SEAE għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li tiċħad it-talba tagħhom għal adozzjoni ta’ miżuri ta’ natura li jtemmu l-ksur tal-prinċipju ta’ ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist bejn l-uffiċjali u membri tal-persunal indipendentement mill-post ta’ xogħol tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist bejn l-uffiċjali, indipendentement mill-post ta’ xogħol tagħhom. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn assenza totali ta’ motivazzjoni, li tipprekludihom milli jifhmu l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni u li ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħall-kollegi tagħhom li l-post tax-xogħol tagħhom huwa r-rapreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi u li huma għandhom għalhekk jirċievu, bħal dawn tal-aħħar, allowance b’rata fissa. Fl-aħħar nett, huma jikkunsidraw li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist hija inkompatibbli mal-eżistenza ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni uniku għall-uffiċċjali li l-post tax-xogħol tagħhom huwa Pariġi, Strasbourg, Marseille u Valenciennes
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti ma jirċivux l-allowance b’rata fissa, għall-kuntrarju tal-kollegi tagħhom li l-post tax-xogħol tagħhom huwa r-rapreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi, filwaqt li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħalhom.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura li jimponi fuq l-awtorità kompetenti li tindika, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li li wassluha sabiex tagħti prijorità lill-interess tas-servizz.
Full & Egal Universal Law Academy