16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/37
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2019 — Banco Cooperativo Español vs BUR
(Kawża T-498/19)
(2019/C 312/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Banco Cooperativo Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u J. Beltrán de Lubiano Sáez de Urabain, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
Prinċipalment, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni kkontestata;
—
Sussidjarjament,
a.
tiddikjara li l-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 ma humiex applikabbli skont it-termini indikati f’dan ir-rikors, u
b.
tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni kkontestata; u
—
F’kull każ, tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qed jitressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-16 ta’ April 2019 (SRB/ES/SRF/2019/10), dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjoni ex ante lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni 2019.
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1)
—
f’dan ir-rigward qed jiġi allegat li l-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament ta’ Delega għandhom jiġu interpretati b’tali mod li Skema ta’ Protezzjoni Istituzzjonali stabbilita fl-2018 għandha tiġi rikonoxxuta għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni ex ante lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni 2019.
2.
It-tieni motiv, sussidjarju, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament ta’ Delega minħabba li jiksru l-Artikolu 103(2) u (7) tad-Direttiva 2014/59/UE (2)
—
f’dan ir-rigward qed jiġi allegat li, fil-każ li l-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament ta’ Delega għandhom jiġu interpretati b’tali mod li Skema ta’ Protezzjoni Istituzzjonali stabbilita fl-2018 ma għandhiex tiġi rikonoxxuta għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni ex ante lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni 2019, konsegwentement l-imsemmija artikoli tar-Regolament ta’ Delega jiksru l-Artikolu 103(2) u (7) tad-Direttiva 2014/59/UE, peress li jinjoraw il-kundizzjonijiet tad-delega ta’ poteri lill-Kummissjoni li huma (i) li l-kontribuzzjonijiet lill-Bord għandhom jiġu aġġustati għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kontribwenti u (ii) li l-kontribuzzjonijiet lill-Bord għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-parteċipazzjoni fi Skema ta’ Protezzjoni Istituzzjonali.
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU 2016, L 233, p. 1).
(2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014 L 173, p. 190).
Full & Egal Universal Law Academy