14.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 348/16
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2019 – ZU v SEAE
(Kawża T-499/19)
(2019/C 348/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet tas-SEAE tal-31 ta’ Awwissu 2018 u tal-10 ta’ Jannar 2019, li jimplimentaw in-nota tas-Servizz Mediku tat-30 ta’ Awwissu 2018, billi jitnaqqas il-leave tal-mard;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza, b’inflazzjoni ta’ stimi tal-ispejjeż li wasslet għall-imputazzjoni mhux ġustifikata tar-responsabbiltà tar-rikorrent talli ma deherx għal eżami mediku fi Brussell.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter b’indikazzjoni ta’ intenzjoni deliberata sabiex ir-rikorrent jiġi ppreġudikat minħabba preġudizzju personali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent kinitx inbidlet u n-nuqqas ta’ analiżi fid-dettall dwar għaliex ir-responsabbiltà ġiet imputata lir-rikorrent talli ma deherx għal eżami mediku.
Full & Egal Universal Law Academy