2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/84
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2019 — DH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-507/19)
(2019/C 295/110)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: DH (rappreżentant: E. Bonanni, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2018 peress li ma pprovdietx għar-rikuża ta’ Dr. X fil-kuntest tal-eventwali proċeduri tal-Kumitat Mediku li qed jiġi kkostitwit u, konsegwentement, taħtar tabib ieħor indipendenti fil-Kawżi T-308/19 u T-316/19 u toħroġ avviż dwar dan mingħajr dewmien;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas EUR 500 000 jew kull somma oħra kkunsidrata ekwa mill-Qorti Ġenerali;
—
tobbliga lill-Kummissjoni tinforma lill-Qorti Ġenerali u/jew lill-parti lir-rikorrent dwar l-identità tat-tabib ta’ fiduċja li kkonsulta l-fajl sħiħ tar-rikorrent, filwaqt li baqa’ anonimu u ta opinjoni negattiva dwar talba għal rimbors ta’ benefiċċju mediku ppreżentat minn dan tal-aħħar, fil-kuntest tal-Artikolu 10 tal-leġiżlazzjoni komuni dwar il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel, kif mitlub fit-talba D/462/17;
—
tikkundanna fi kwalunkwe każ lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq l-eżistenza, fil-każ preżenti, ta’ aġir mhux konformi mal-prattiċi professjonali u deontoloġiċi, fil-kuntest tat-tiġdid tal-Kumitat Mediku.
Fir-rigward tad-danni allegati mir-rikorrent, id-dewmien fil-proċeduri u, min-naħa l-oħra, l-aġir mhux konformi mal-prattiċi professjonali u deontoloġiċi tat-tabib inkwistjoni, kif ukoll id-dannu għall-unur u d-dinjità tal-vittma u n-nuqqas illegali ta’ azzjoni mill-Istituzzjoni, inkunsiderazzjoni tal-kuntest li tinkwadra ruħha fih l-azzjoni preżenti li nbdiet b’talba l-iggravar tal-marda kkaġunata mix-xogħol tar-rikorrent fis-7 ta ’Ġunju 2000 u żewġ kundanni tal-Kummissjoni fil-Kawżi T-201/01 u T-551/16.
Full & Egal Universal Law Academy