2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/85
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2019 — Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-508/19)
(2019/C 295/111)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mead Johnson Nutrition (Asia Pacific) Pte Ltd (Singapor, Singapor), MJN Global Holdings BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Mead Johnson BV (Nijmegen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Mead Johnson Nutrition Co. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Quigley, QC, M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 7848, jew alternattivamnet tannulla l-Artikoli 1, 2, u 5 tad-Deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom għall-annullament tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni kkontestata u, sa fejn jordnaw l-irkupru mingħand ir-rikorrenti, tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Income Tax Act of 2010 (l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2010, iktar ’il quddiem l-“ITA 2010”).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat in-nuqqas ta’ intaxxar ta’ dħul mhux kummerċjali minn royalties taħt l-ITA 2010 bħala “deroga”, “eżenzjoni”, jew “eżenzjoni impliċita” mis-sistema ta’ taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji ta’ Ġibiltà li ta lok għal skema ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li n-nuqqas ta’ intaxxar ta’ dħul mhux kummerċjali minn royalties kienet għażla valida fi ħdan is-sovranità fiskali u ekonomika ta’ Ġibiltà.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqset milli tidentifika xi vantaġġ ekonomiku fi ħdan it-tifsira u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE li jirriżulta min-nuqqas ta’ intaxxar ta’ dħul mhux kummerċjali minn royalties taħt l-ITA 2010.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta żbaljatament ikklassifikat in-nuqqas ta’ intaxxar ta’ dħul mhux kummerċjali minn royalties taħt l-ITA 2010 bħala vantaġġ selettiv fi ħdan it-tifsira u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, minkejja li ċaħdet dan, anki li kieku kien hemm tali vantaġġ selettiv, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeterminat li tali vantaġġ kien jinkludi wkoll in-nuqqas ta’ intaxxar ta’ dħul minn royalties li (bħal fil-każ tar-rikorrenti) effettivament ma ġiex akkumulat jew li ma huwiex idderivat minn Ġibiltà.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat l-allegata għajnuna bħala għajnuna ġdida minflok għajnuna eżistenti.
Barra minn hekk, insostenn tar-rikors għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni kkontestata u, sa fejn jordnaw l-irkupru mingħand ir-rikorrenti, tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ Ksur tal-Artikolu 108(2) TFEU u tal-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni fiskali tal-2012 fir-rigward tar-rikorrenti kienet konsistenti mal-ITA 2010 u ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat individwali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tat-tifsira u tal-effett tad-deċiżjoni fiskali tal-2012.
Full & Egal Universal Law Academy