2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/86
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2019 — Asolo vs EUIPO — Red Bull (FLÜGEL)
(Kawża T-509/19)
(2019/C 295/112)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, iċ-Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FLÜGEL” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 637 686
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 201/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Red Bull għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 60(1)(a) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy