21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/35
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 – Staciwa vs Il-Kummissjoni Europea
(Kawża T-511/19)
(2019/C 357/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Katarzyna Staciwa (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2018 li ma tallokax lir-rikorrenti l-allowance temporanju previst fl-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2019 li biha ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti tal-21 ta’ Diċembru 2018 kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq;
—
tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali subit;
—
tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu mhux materjali subit;
—
tikkundanna lill-konventa għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq illegalità fin-nota tal-uffiċċju tat-teżorier tal-15 ta’ Diċembru 2017.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq illegalità ulterjuri taħt l-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza.
Full & Egal Universal Law Academy