23.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/29
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2019 — VDV eTicket Service vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-516/19)
(2019/C 319/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: VDV eTicket Service GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata, skont l-Artikolu 272 TFUE, li n-nuqqas ta’ rikonoxximent, permezz tal-ittra kontenzjuża, tal-ispejjeż li jammontaw għal EUR 407 443,04, huwa illegali,
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE,
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) ARES(2019)3151305 tat-13 ta’ Mejju 2019, sa fejn tiddikjara li l-ispejjeż tar-rikorrenti li jammontaw għal EUR 407 443,04, fil-kuntest tal-Programm Qafas Horizon 2020 — proġett: European Travellers Club, ma jistgħux jiġu rrimborsati.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ dritt peress li l-konvenuti kellhom neċessarjament ikunu jafu bl-allokazzjoni żbaljata tal-ispejjeż
—
Ir-rikorrenti kienu wettqu abbuż ta’ dritt sa fejn, minn naħa, ma kinux irrikonoxxew ċerti spejjeż ta’ subappalt inkorsi mir-rikorrenti, filwaqt li, min-naħa l-oħra, huma kellhom jindunaw, minn sensiela ta’ dokumenti, li l-ispejjeż ta’ subappalt tar-rikorrenti kienu kunsiderevolment ogħla minn dawk indikati fl-Anness 2 tal-Grant Agreement ikkonċernat.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
—
Għall-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk ippreżentati fil-kuntest tal-ewwel motiv, il-konvenuti kisru wkoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy