9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/65
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-518/19)
(2019/C 305/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sipcam Oxon SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat abbażi ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat jirriżulta minn proċedura li matulha d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx irrispettati.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li ġew applikati linji gwida b’mod żbaljat.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy