9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/66
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Forte vs Il-Parlament
(Kawża T-519/19)
(2019/C 305/76)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Mario Forte (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: C. Forte u G. Forte, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
Prinċipalment, tannulla l-att ikkontestat;
—
Prinċipalment, tannulla kull att preċedenti, konness u sussegwenti għall-att ikkontestat li jipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew D(2019)20777 iffirmata minn Sune Hansen, Kap tad-Diviżjoni Remunerazzjonijiet u Drittijiet Soċjali tal-Membri Parlamentari, diviżjoni li hija parti mid-Direttorat tad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li tistabbilixxi mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni relatati mal-waqfien tal-attività insegwitu għad-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2019 tad-Deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas indebitament.
Il-motivi u l-argumenti ewlenin huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-345/19, Santini vs Il-Parlament; T-347/19, Falqui vs Il-Parlament u T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.
B’mod partikolari, huwa invokat in-nuqqas ta’ loġika wara l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-legealità tad-Deliberazzjoni Nru 14/2018 fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li huma l-prinċipji ta’ raġonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza, ta’ prevedibilità u ta’ aspettattiva leġittima kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet miksuba, il-ksur tal-Artikolu 6 TUE; il-ksur tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-ksur tar-regolament finanzjarju, il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nuqqas ta’ retroattività tar-regoli kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ aċċess għall-protezzjoni u għall-ġustizzja.
Full & Egal Universal Law Academy