16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/43
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Heitec vs EUIPO — Hetec Datensysteme (HEITEC)
(Kawża T-520/19)
(2019/C 312/35)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heitec AG (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Wagner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hetec Datensysteme GmbH (Germering, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HEITEC” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 774 331
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2019 fil-Każ R 1171/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mar-Regola 40(5) u mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy