9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/68
Rikors ippreżentat fit-23 ta’Lulju 2019 — Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON)
(Kawża T-522/19)
(2019/C 305/78)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mühlheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “BBQ BARBECUE SEASON” bil-kuluri iswed, griż, abjad, oranġjo, oranġjo ċar u oranġjo skur — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 879 203
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1359/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy