9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/69
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2019 — Sky vs EUIPO — Safran Electronics & Defense (SKYNAUTE by SAGEM)
(Kawża T-523/19)
(2019/C 305/79)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Zalewska, lawyer, u A. Brackenbury, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safran Electronics & Defense (Boulogne-Billancourt, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni SKYNAUTE by SAGEM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 821 334
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 919/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy