16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/46
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 — EC Brand Comércio, Importação e Exportação de Vestuário em Geral vs EUIPO (pantys)
(Kawża T-532/19)
(2019/C 312/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EC Brand Comércio, Importação e Exportação de Vestuário em Geral LTDA (Sorocaba, il-Brażil) (rappreżentanti: B. Bittner u U. Heinrich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “pantys” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 869 310
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 314/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad ir-rikors relatat mal-prodotti u servizzi segwenti:
—
klassi 5: assorbenti iġeniċi, srievet iġeniċi, pads għall-inkontinenza;
—
klassi 35: servizzi ta’ bejgħ online ta’ prodotti iġeniċi għan-nisa;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001;
—
Użu wiesa’ fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy