28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/19
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-534/19)
(2019/C 363/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Smith QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2019, li permezz tagħha din tal-aħħar irrifjutat li tannulla jew temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/2046 tad-19 ta’ Diċembru 2018 (1);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Kummissjoni evalwat il-qamħirrum inkwistjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 (2).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti tal-evalwazzjoni xjentifika.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma talbitx pjan ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq speċifiku tal-avventimenti u għaldaqstant kisret il-liġi applikabbli.
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2046 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erba’ mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/366/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 8238) (ĠU 2018, L 327, p. 70).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy