16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/48
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 — H.R. Participations vs EUIPO — Hottinger Investment Management (JCE HOTTINGUER)
(Kawża T-535/19)
(2019/C 312/40)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: H.R. Participations SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Wilhelm u J. Rossi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hottinger Investment Management Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JCE HOTTINGUER — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 093 391
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 2078/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara r-rikors ammissbbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali sa fejn it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kienet ivvizzjata b’irregolaritajiet.
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tal-istess regolament.
Full & Egal Universal Law Academy