21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2019 – Militos Symvouleftiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-536/19)
(2019/C 357/45)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Militos Symvouleftiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Farmakidis-Markou, lawyer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ annullament, innotifikata fid-29 ta’ Mejju 2019, tas-sejħa għal offerti PR/2018-16/ATH dwar il-konklużjoni tal-ftehim qafas għall-provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni, li ġiet ippubblikata fil-ĠU 2019/S 110-267174.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ta’ annullament, ibbażat fuq il-motivazzjoni żbaljata u mhux fondata tad-deċiżjoni kkontestata u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Kuntrarjament għall-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti ma taqbisx il-baġit tal-proġett u ma huwiex ikkontestat espressament li l-offerti kollha qabżu l-baġit.
2.
It-tieni motiv ta’ annullament, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjoni tas-sejħa għal offerti li tiddefinixxi l-metodu ta’ evalwazzjoni komparattiva tal-offerti bħala li hija klawżola ta’ esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar, jew bħala li hija kundizzjoni formali tal-preżentata ta’ offerta. It-total tal-valuri ta’ referenza li, skont id-deċiżjoni kkontestata, jaqbeż il-baġit tal-ftehim qafas, jikkostitwixxi biss għodda li tippermetti li tiġi ddeterminata l-offerta l-iktar vantaġġjuża u ma tikkorrispondix preċiżament mal-bżonnijiet tas-suq tas-servizzi fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-ftehim.
3.
It-tielet motiv ta’ annullament, ibbażat fuq l-abbuż tal-possibbiltà offruta mill-Artikolu 171 tar-Regolament finanzjarju. Il-motivazzjoni tal-annullament tas-sejħa għal offerti hija kontradittorja – fi kliem ieħor, hija turi li l-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti ġew stmati b’mod eċċessiv u li, konsegwentement, teżisti probabbiltà raġjonevoli li l-ispejjeż finali tal-ftehim ikunu inqas meta ssir l-implimentazzjoni tiegħu – u hija vvizzjata b’lakuni; fi kliem ieħor, hija ma tirriflettix espressament li l-offerti tal-kumpanniji parteċipanti kienu jaqbżu l-baġit, liema fatturi oġġettivament joħolqu l-impressjoni li d-deċiżjoni ġiet adottata għal raġunijiet differenti minn dawk indikati.
4.
Ir-raba’ motiv għal annullament, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 169(2) tar-Regolament Nru 2018/1046 (1).
(1) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, u rettifika ĠU 2019, L 60, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy