7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/12
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-543/19)
(2019/C 337/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: C. Canțăr, M. Chicu, A. Rotăreanu u E. Gane, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni C(2019)4027 final tat-23 ta’ Mejju 2019, kif ġej:
a.
fil-parti li tikkonċerna l-valuri speċifikati fil-linja 1 tal-kolonni 2 tat-tabella marbuta mal-bilanċ fit-test tad-Deċiżjoni C(2019)4027 finali, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tikkalkula mill-ġdid dawn il-valuri b’kont meħud tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % tal-fondi għall-assi prijoritarji 1 u 2 tal-Programul Operațional 2014RO16M1OP001 Infrastructură Mare [Programm Operattiv tal-Infrastruttura Kbira (POIK)];
b.
fil-parti li tikkonċerna il-kalkolu tal-valuri imputabbli, f’ewro, għall-fondi għall-assi prijoritarji 1 u 2 tal-POIK fl-anness tad-Deċiżjoni C(2019)4027 finali, b’mod iktar preċiż:
—
it-Taqsima marbuta mal-Fond FC, punt 1 – Pjan finanzjarju – Tabella 18a – linja AP1 – kolonna C – Rata ta’ kofinanzjament – 75 % u s-sostituzzjoni b’85 %, fis-sens tad-Deċiżjoni C(2018)8890 finali, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tikkalkula mill-ġdid, b’kont meħud tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 %, il-valuri speċifikati fil-:
—
Punt 3 – Appendiċi 1 – linja AP1, kolonna F – Valur imputabbli lill-fondi u kolonna F7 – Valur imputabbli lill-fondi flimkien mal-ammont diġà imħallas limitat għall-kontribut tal-fond;
—
Punt 4 – Kalkolu tal-bilanċ annwali – linja AP1, kolonna CA u kolonna R – Ammont rivedut imputabbli lill-Fond;
—
Punt 5 – Bilan1 annwali – kolonna T – Ammont rivedut imputabbli lill-Fond;
—
Punt 5 – Bilanċ annwali – kolonna V – linja “għall-irkupru”;
—
taqsima li tirrigwarda il-Fond ERDF, punt 1 – Pjan finanzjarju – Tabella 18a – linja AP2 – kolonna C – Rata ta’ – 75 % u sostituzzjoni bi 85 %, fis-sens tad-Deċiżjoni C(2018)8890 finali, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tikkalkula mill-ġdid, b’kont meħud tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 %, il-valuri speċifikati fil-:
—
Punt 3 – Appendiċi 1 – linja AP2, kolonna F – Ammont imputabbli lill-Fondi u klonna F7 – Ammont imputabbli lill-fondi + ammont diġà mħallas limitat għall-kontribut tal-Fond;
—
Punt 4 – Kalkolu tal-bilanċ annwali – linja AP2, kolonna CA u kolonna R – Ammont imputabbli lill-Fondi;
—
Punt 5 – Bilanċ annwali – kolonna T – Ammont rivedut imputabbli lill-Fondi;
—
Punt 5 – Bilanċ annwali – kolonna V – linja “għall-irkupru”;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa jallega eżerċizzju skorrett tal-kompetenza tal-Kummissjoni li tikkakula l-ammont imputabbli lill-fondi u ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
—
Ir-Rumanija ssostni li d-dipartimenti tal-Kummissjoni applikaw b’mod żbaljat ir-rata’ ta’ kofinanzjament ta’ 75 % għall-assi prijoritarji 1 u 2 marbuta mas-settur tat-Trasport, billi, fil-mument tal-clearance tal-kontijiet tas-sena finanzjarja 2017-2018, kienet qiegħda tħalli effetti legali id-Deċiżjoni C(2018)8890 finali, li biha ġiet adottata l-emenda POIK fis-sens taż-żieda tar-rata ta’ kofinanzjament minn 75 % għal 85 % għal proġetti marbuta mas-settur tat-Trasport (assi prijoritarji 1 u 2 tal-POIK).
—
Barra minn hekk, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ċari tad-Deċiżjoni C(2018)8890 finali, kif ukoll tal-assenza ta’ dispożizzjonijiet, fir-Regolament 1303/2013, li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ rata ta’ kofinanzjament approvata permezz tad-deċiżjoni għal snin finanzjarji li fir-rigward tagħhom hemm proċeduri pendenti, ir-Rumanija ssostni li billi ma tapplikax ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 %, approvata permezz tad-Deċiżjoni C(2018)8890 finali, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
2.
It-tieni motiv jikkonċerna l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
—
Ir-Rumanija tiddikjara li l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE ġie miksur billi d-deċiżjoni kkontestata ma tipprovdix bażi legali marbuta mar-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni eskludiet, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2017-2018, l-applikazzjoni tal-perċentwali miżjud tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 %, kif stabbilit permezz tad-deċiżjoni C(2018)8890 finali.
—
Barra minn hekk, ir-Rumanija ssostni li l-pożizzjoni evażiva tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċess deciżjonali li wassal għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni C(2019)4027 finali, flimkien mal-wasla tardiva tar-risposta tad-dipartimenti tal-Kummissjoni għad-domandi mqajjma mill-awtoritajiet Rumeni, tikkonstitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy