23.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/30
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2019 — Global Steel Wire et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-545/19)
(2019/C 319/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja), Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja), Global Special Steel Products, SA (Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, J. Blanco Carol u B. Martos Stevenson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Mejju 2019 u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors, li jirreferi għal applikazzjoni ta’ inkapaċità ta’ ħlas imressqa fi Frar 2000, fil-kuntest tal-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing, huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba għal posponiment tal-pagament fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti tal-20 ta’ Diċembru 2018.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr ma r-rikorrenti ngħataw il-possibbiltà li jesponu l-perspettiva tagħhom f’dan ir-rigward.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-applikazzjoni mressqa mir-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti u tal-kapaċità ta’ ħlas tagħhom sabiex iħallsu l-multa.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata billi kisret il-prinċipju ġenerali ta’ kolleġjalità, li jikkostitwixxi difett ta’ inkompetenza.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy