16.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/49
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2019 — Isigny — Sainte Mère vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa)
(Kawża T-546/19)
(2019/C 312/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isigny — Sainte Mère (Isigny-sur-Mer, Franza) (rappreżentant: D. Mallo Saint-Jalmes, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 871 521
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1513/2018-5
Talba
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy