7.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/14
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2019 – Riginos Emporiki kai Mesitiki vs EUIPO – Honda Motor (ONDA 1962)
(Kawża T-548/19)
(2019/C 337/14)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Riginos Emporiki kai Mesitiki AE (Glyfada, il-Greċja) (rappreżentant: V. Oikonomidis, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Honda Motor Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri abjad, iswed u blu ONDA 1962 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 419 559
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 2384/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, b’tali mod li jintlaqa’ l-appell u l-oppożizzjoni tiġi miċħuda fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, kif ukoll għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy